Tuesday, May 14, 2024

Haley Bugeja tirbaħ l-unur prestiġjuż tal-Player tax-Xahar tas-Serie A Femminile għal Mejju

Aqra wkoll

Il-player Maltija ta’ Sassuolo fl-Italja, Haley Bugeja, rebħet l-unur prestiġjuż tal-Player tax-Xahar tas-Serie A Femminile għal Mejju.

Dan ikompli jżid ma’ iktar aħbarijiet pożiitivi għal din it-tfajla ta’ 18-il sena li tant qed tagħmel unur għal pajjiżna.

Dan hekk kif fost oħrajn hija tinsab lesta għal kapitlu ġdid fil-karriera tagħha, hekk kif tinsab ferm viċin li tiffirma ma’ klabb tal-NWSL – National Women’s Soccer League – li huwa l-kampjonat ewlieni għat-timijiet tan-nisa fl-Istati Uniti.

Fl-2021, Bugeja ġiet nominata mill-UEFA mal-aqwa 10 players nisa fl-ewropa ta’ min wieħed iżomm ħarstu mill-viċin fuqha, filwaqt li ilha inkluża għal sentejn konsekuttivi fil-lista Goal NXGN – fl-2021 u l-2022.

Aktar riċenti, hija kienet inkluża wkoll fost l-aqwa players ta’ taħt il-21 sena fid-dinja.

Sport