Saturday, April 18, 2026

Ħames barranin arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Ħames barranin ġew arrestati mill-Pulizija wara investigazzjoni u sorveljanza fuq residenza fil-Manikata, b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess tad-droga.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-residenza kienet qiegħda tintuża għal attivitajiet kriminali b’rabta ma’ droga. Minn sorveljanza li saret ġew innutati movimenti suspettużi f’ħinijiet partikolari tal-ġurnata, waqt li ġew osservati persuni jikkultivaw diversi pjanti, suspettati tal-kannabis.

Għaldaqstant, it-Tlieta, il-Pulizija wettqet operazzjoni f’din ir-residenza fejn ġew arrestati lħames persuni – tlett irġiel mir-Rumanija li tnejn għandhom 37 sena u ieħor ta’ 39 sena, raġel mil-Libanu ta’ 36 sena u mara Taljana ta’ 30 sena.

Matul it-tfittxija, instab ammont sostanzjali ta’ droga differenti, fosthom pilloli MDMA, ecstasy, LSD, kokaina, kif ukoll raża u pjanti tal-kannabis. Ġew ikkonfiskati wkoll flus kontanti u apparat elettroniku.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin fuq dan il-każ, il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D qiegħed imexxi inkjesta. Aktar tard illum, għall-ħabta tal-12:00 p.m., mistennija jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport