Raġel u mara ġew arrestati fuq suspett ta’ ħruq kriminali li pperikola l-ħajja wara li żewġ fliexken maħsuba li fihom petrol intefgħu lejn sinagoga fit-tramuntana ta’ Londra.
L-attakk fuq is-Sinagoga tar-Riforma ta’ Finchley qed jiġi ttrattat bħala delitt ta’ mibegħda antisemitika, skont il-pulizija li arrestaw mara ta’ 47 sena u raġel ta’ 46 sena fiż-żona ta’ Watford.
Il-Met qalet li s-suspettati, liebsin balaklavi, avviċinaw il-bini għall-ħabta tal-01:00BST u tefgħu briksa u żewġ fliexken. Ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ ħsara jew korrimenti.
Il-Kantor tas-Sinagoga tar-Riforma ta’ Finchley, Zoë Jacobs, qalet li s-sinagoga kienet “spazju kburi, progressiv u akkoljenti għal kulħadd”.
Hija żiedet “dan huwa ċarament tentattiv biex tintimida l-komunità Lhudija Brittanika”
Sarah Sackman, il-Membru Parlamentari Laburista għal Finchley u Golders Green qalet: “dan kien tentattiv xokkanti biex issir l-ħsara lil sinagoga lokali jsegwi sensiela ta’ attakki allarmanti fuq il-komunità Lhudija f’Finchley u Golders Green.”

