Friday, November 22, 2024

Ħames każijiet ġodda … 36 oħra jfiqu … Estiż il-perjodu ta’ kwarantina f’Ħal Far

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li minn 1,207 swab test kien hemm ħames persuni li rriżultaw pożittivi. Spjegat li saru 31,736 swab test mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna.

Il-Każijiet ġodda:

  • Raġel ta’ 41 sena mill-Filippini li fis-26 t’April beda bis-sintomi. Huwa jaħdem fil-kostruzzjoni u għalhekk għaddejja contact tracing fuq il-post tax-xogħol u fil-post fejn jgħix.
  • Raġel ta’ 33 sena mis-Sudan li beda bis-sintomi fit-13 t’April. Għaddejjin b’contact tracing biex jiġu ttestjati kuntatti li jgħixu fl-istess residenza u fuq il-post tax-xogħol.
  • Malti ta’ 45 sena li fis-27 t’April beda bis-sintomi. Huwa jaħdem f’dar tal-anzjani iżda ma kellux kuntatt ma’ pazjenti.
  • Mara Maltija ta’ 27 sena li ma kellha l-ebda sintomi imma ħarġet pożittiva bħala parti mill-iscreening li qed isir qabel l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei. Hija taħdem f’uffiċċju privat.
  • Mara Maltija ta’ 52 sena li lanqas hi ma kellha sintomi imma rriżultat pożittiva fi proċess ta’ screening li qed isir bil-għan li jinqabdu aktar każijiet tal-virus

Is-sitwazzjoni f’Ħal Far:
Minn 96 test li saru lbieraħ ma’ kien hemm ħadd li rriżulta pożittiv. Sippost il-perjodu ta’ kwarantina wasal biex jintemm iżda kellu jiġi estiż minħabba li kien hemm każijiet ġodda fl-aħħar sigħat. Mit-48 każ li rriżultaw pożittivi, hemm seba’ każijiet li fit-tieni test rriżultaw negattivi.

36 persuna li fiequ:

  • Żewġ persuni li għandhom anqas minn disa’ snin
  • Tliet persuni bejn 10 u 19-il sena
  • Sitta bejn l-20 u d-29 sena
  • 12 bejn it-30 u d-39 sena
  • Sitta bejn l-40 u d-49 sena
  • Tnejn bejn il-50 u d-59 sena
  • Tnejn bejn is-60 u d-69 sena
  • Tlieta bejn s-70 u 79 sena.

Sport