Friday, December 27, 2024

Ħames snin ħabs wara li weġġa’ raġel fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far

Aqra wkoll

Dampha Musa kien ikkundannat ħames snin priġunerija wara li ammetta li ħebb u weġġa’ gravi raġel ieħor fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far, f’China House. 

Huwa wieġeb ħati wkoll li kkaġuna lill-vittma biża’ li se tintuża vjolenza kontrih jew kontra l-proprjetà tiegħu kif ukoll li heddu. Il-każ seħħ nhar il-15 ta’ Diċembru li għadda, għall-ħabta tas-6.30 p.m. 

Musa tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, fejn ammetta għall-akkużi u kien ikkundannat ħames snin ħabs. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Tilden Tabone mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur James Mallia.

Ekonomija

Sport