Wednesday, July 24, 2024

Passiġġier jitniżżel minn fuq ajruplan tal-Air Malta wara li qala’ kaos minħabba dewmien

Aqra wkoll

Titjira tal-AirMalta li dalgħodu kellha titlaq minn Malta lejn Katanja, kellha diversi ntoppi b’konsegwenza li ttardjat għal diversi sigħat.

Jirriżulta li kważi mat-tluq, il-pilota nduna li kien hemm problemi tekniċi u għalhekk ma setax jibda l-vjaġġ tiegħu. Bil-passiġieri kollha abbord, il-membri tal-ekwipaġġ kellhom ifhemuhom għaliex kien qiegħed iseħħ dan id-dewmin. Jidher li wieħed mill-passiġġier beda jagħmel storbju fuq l-ajruplan minħabba dan id-dewmien, fejn allegatament anke hedded xi membri tal-ekwipaġġ.

F’din il-kwistjoni kellu jintervjeni l-pilota fejn ordna lill-passiġġier jitniżżel minn fuq dik it-titjira. Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-passiġġier tniżżel minn fuq l-ajruplan fuq ordni tal-pilota wara li qala’ storbju.

Hu reġa’ ddaħħal fit-terminal tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-pulizija.

Jirriżulta li minħabba d-dewmien l-AirMalta ddeċidied li anke tbiddel lill-membri tal-ekwipaġġ u l-istess passiġġier kellhom jistennew ħaddiema oħrajn jaslu li kienu fuq stand by.

Ekonomija

Sport