Monday, December 23, 2024

“Ħamest ijiem bejn ħajja u mewt … irrid li n-nies ikunu jafu bit-tbatija ta’ dan il-virus” – Nick

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Ħamest ijiem fit-taqsima tal-kura intensiva. Spiċċa hemm minkejja li kien raġel f’saħħtu għall-aħħar. Kollox beda minn uġigħ fid-dahar u sogħla, li imbagħad wassluh biex intilef minn sensih fuq is-sufan tad-dar. Fit-tielet jum fl-ITU, it-tobba ppreparaw lil martu għall-agħar xenarju possibbli. Saħħtu tant marret lura, li qatt ma ħassu daqstant qrib il-mewt. Kien fir-raba’ jum li beda juri sinjali li se jirkupra u dan imbagħad kompla jidher fil-ħames jum. Meta ġie biex jinħareġ mill-ITU, l-infermiera u tobba qagħdu ringiela u ċapċpulu. Riedu juruh kemm kien fortunat li għadu ħaj.

Nick Haslop, residenti f’Manchester, illum qed jagħmilha ċara, li jrid li l-istorja tixxandar biex kulħadd ikun jaf bil-kruha u l-periklu li fih dan il-virus. Ma naqasx li hu stess jippubblika ritratt tiegħu bil-maskla.

Martu, Tracy, tikkummenta li: “r-raġel tiegħi jaħdem f’xogħol li jsuq it-trakkijiet. Kien raġel b’saħħtu.  Fl-aħħar jiem hu beda jħoss uġigħ fl-għadam.  Beda ukoll ikollu sogħla ħafifa.  Kif wasal tmiem il-ġimgħa beda jħossu aħjar. Mar għax-xogħol b’mod normali. Ħaseb li kellu  xi riħ ħafif.  Meta rritorna mix-xogħol hu beda jilmenta minn uġigħ fl-għadam. Kif tmisslu dahru beda jħoss l-uġigħ. Apparti dan kien għad kellu wkoll is-sogħla. Raqad kmieni bit-tama li jqum aħjar.”

“Sa jumejn wara hu kien għadu jħoss l-uġigħ. Id-dehra tiegħu kienet waħda pallida, u bis-sogħla. It-temperatura tal-ġisem kienet normali u ma kellux deni. L-għada filgħodu għal ħabta tas-sitta neqsin kwart sibtu mitluq fuq is-sufan. Ma setax jieħu nifs. Kellu id-deni. Tajtu l-paracetamol u anke tajtu l-inhaler tiegħi.”

“Ċempilt għall-ambulanza u dawn ġew minnufih u għamlu testijiet mediċini.  Tawh l-ossiġnu u ħaduh l-isptar. Fl-isptar il-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar. Instab li kellu l-Coronavirus. Mill-X Rays ħareġ li l-virus kien niżel fil-pulmun.  It-tempertura ta’ ġismu kienet għolja ħafna waqt li l-‘white blood count’ kien baxx ħafna.”

Tisħaq li “iġġieled għal ħajtu għal ħamest ijiem sħaħ. Qatt ma rajt lir-raġel tiegħi f’dak l-istat – daqshekk marid. Qatt ma ħassu daqshekk qrib il-mewt. Kien imbeżża’ ħafna u waħdu. L-isptar kien fuq lock down u l-kuntatt mal-istaff mediku kien limitat.” 

“Għal ħamest ijiem hu kien taħt il-kura intensiva u bl-ossiġnu b’mod kontinwu.  Kellu magna miegħu u drip biex jappoġġjaw. Kien f’xifer il-mewt”

Tracy Haslop

Tracy tgħid li: “fit-tielet jum, it-tobba ippreparawna għall-agħar xenarju.  B’xorti tajba fir-raba ġurnata hu beda juri sinjali ta’ titjib. Fil-ħames jum beda jieħu n-nifs mingħajr l-għajnuna tal-magni. Inħareġ ftit wara mill-isptar. Kien dgħajjef ħafna u issa qed jirkupra id-dar.”

“It-tobba u l-infermieri għamlu ħafna miegħu. Trattawh qisu wieħed tal-familja tagħhom.  Kif kien ħiereġ huma inġabru f’linja u bdew iċapċpulu.  Salvawlu ħajtu. Urewh kemm kien fortunat. Jien u ibni, spiċċajna fi kwarantina għal erbatax-il ġurnata”

Mick irid jaqsam din l-istorja biex juri l-kruha ta’ dan il-virus. It-tbatija li tgħaddi minnha. Irid juri li dan hu virus serju li jista’ jibagħtek id-dinja l-oħra.

“L-appell tiegħi lil min qed jaqra hu wieħed. Obdu minn dak li qegħdin jgħidulkom. Ibqgħu d-dar. Dak hu l-aktar post sigur. Jekk ikollok bżonn toħroġ, żomm id-distanza minn persuni oħra.  Tiħux ċans. Tafdax. Aħna konna fortunati”, jisħaq Mick.

Ekonomija

Sport