Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers se jerġgħu jiltaqgħu f’konfront deċiżiv ieħor fil-Blackball minħabba li t-tnejn li huma kkwalifikaw għall-Federation Cup li se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej fis-7pm fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara.
Fis-semifinali li ntlagħbu t-Tnejn filgħaxija, Ħamrun 147 A rebħu lit-tim C tagħhom 13-7 filwaqt li t-tim mill-Kottonera għelbu lil Ħamrun 147 C 13-3.
Iż-żewġ naħat iltaqgħu kontra xulxin fil-finali taċ-Cisk Premier League b’Ħamrun li rebħu 11-8.
Sadanittant, il-finali tas-Super Cup se ssir illum fejn xi ħadd minn San Ġwann Tiki Taka A u Qormi Anici Boys se jkun qed jgħolli t-tazza.
Fis-semifinali li saru aktar kmieni din il-ġimgħa, San Ġwann Tiki Taka A iddominaw il-konfront kontra PL Balzan tant li rebħu 13-4 filwaqt li Qormi Anici Boys rebħu lil Qormi Pinto 13-3.
Ħamrun 147 A and Cospicua Rangers to meet in another decisive encounter
Ħamrun 147 A and Cospicua Rangers will meet again in another decisive clash in Blackball as both teams qualified for the Federation Cup final which will be held next Friday at 7pm at the Fuego Speakeasy Arena in Birkirkara.
In the semi-finals played on Monday evening, Hamrun 147 A defeated their team C 13-7 while the Cottonera side achieved a 13-3 victory against Hamrun 147 C.
The two sides have already met in the Cisk Premier League final with Hamrun 147 A winning 11-8.
Meanwhile, the Super Cup final will take place today where someone between San Ġwann Tiki Taka A and Qormi Anici Boys will lift the winning cup.
In the semi-finals, San Ġwann Tiki Taka A dominated the clash against PL Balzan to the extent of winning 13-4 while Qormi Anici Boys won the derby against Qormi Pinto 13-3.