Thursday, July 4, 2024

Ħamrun 147 D jirbħu r-Regional Cup tal-Blackball

Aqra wkoll

Il-finali tar-Regional League tal-Blackball kien derby bejn iż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147 hekk kif it-tim D għelbu lit-tim C 11-8.

Kienet finali verament sabiħa bit-tim D li stabilixxa vantaġġ ta’ 8-3 sal-ewwel perjodu sabiex it-tim C naqqas id-distakk għal 10-8. Minkejja kollox, Ħamrun 147 C żammew konċentrati u l-boċċa rebbieħa daħħalha Neil Aquilina biex ta lit-tim tiegħu t-tazza tar-Regional League.

Il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Ħamrun 147 D Gilmour Scicluna.

Referee ta’ din il-logħba kien Neville Cassar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport