Wednesday, July 24, 2024

Darts: Ħamrun Bayern A u Floriana Ajax Premier Cars iżommu l-ewwel post

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A u Floriana Ajax Premier Cars żammew l-ewwel post tal-klassifika wara rebħiet mhux daqstant faċli kontra PO’s Bar u Birżebbuġa Lions rispettivament.

Ħamrun Bayern A dawru telfa f’rebħa sabiex għelbu lil PO’s Bar 6-2 filwaqt li l-Furjaniżi xejn ma sabuha faċli kontra Birżebbuġa Lions għalkemm xorta rebħu 5-3.

F’logħba ferm bilanċjata, Ħamrun Bayern B u Sliema Lounge A spiċċaw fi draw ta’ 4-4.

Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club A ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Domus Men għalkemm xorta waħda baqgħu fl-ewwel post. B’dan id-draw approfittaw Duke’s Bar li qabżu lil Domus Men’s wara rebħa ta’ 6-2 kontra Cox Bar.

Top Gun Marsa iddominaw il-konfront tagħhom kontra Żebbuġ Rangers Darts Team wara skor ta’ 8-0.

Fit-tielet diviżjoni kellna ċaqliqa fil-klassifika meta l-leaders Leah’s Bar B ġew sorpriżi minn Tal-Ġilju Mqabba li rebħulhom 5-3 b’Żejtun Laċċi Maypole li approfittaw wara li għelbu lil Sliema Lounge B 6-2.

Birgu Boċċi Club B rebħu 6-2 id-derby kontra Tal-Balklor Senglea filwaqt li Munchies Bar telgħu fil-ħames post tal-klassifika wara rebħa ta’ 5-3 kontra Domus Ladies.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Ħamrun Bayern A, Floriana Ajax Premier Cars A 33, Żejtun Laċċi A 29, Birżebbuġa Lions 27, Sliema Lounge A 12, Floriana Ajax MCP 10, Ħamrun Bayern B 6, PO’s Bar 3,.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 38, Duke’s Bar 33, Domus Men’s 32, Top Gun 19, Cox Bar 16, Beland Żejtun 14, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar 1

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi Maypole 39, Leah’s Bar B 37, Birgu Boċċi Club B 30, Mqabba tal-Ġilju 20 , Nicolo Isouard, Munchies Bar 17, Tal-Balklor Senglea 16, Domus Ladies 7, Sliema Lounge B 6.

Ħamrun Bayern A u Floriana Ajax Premier Cars iżommu l-ewwel post

Ekonomija

Sport