Monday, October 14, 2024

Hamrun S. jkomplu resqin lejn ir-rebħ tat-titlu

Aqra wkoll

Hamrun Spartans……1

Valletta…………………0

Hamrun Spartans kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Valletta biex komplew jersqu lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat fi tliet staġuni.

Kienu proprju l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta Joseph Mbong kellu l-konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper ta’ Valletta, Cain Formosa.

Ħames minuti wara, Hamrun laqtu l-wieqfa permezz ta’ Matthew Guillaumier, biex mir-rebound Elvis Mashike Sukisa tefa’ barra.

L-Ispartans fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta ELVIS MASHIKE SUKISA żmarkat u minn quddiem Cain Formosa. Tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fil-55 minuta, Roko Prsa dejjem għal Hamrun kellu x-xutt mill-viċin tiegħu salvat minn Formosa.

Valletta rrispondew fil-75 minuta meta Shuan Dimech wara li rċieva mingħand Rowen Muscat kellu x-xutt tiegħu li ntemm ftit barra.

Hamrun komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 91-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 94-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier, 12-Roko Prsa (14-Rodrigo Torre Callegari), 63-Jonny (3-Ederson 58), 77-Joseph Mbong (10-Dodo 58), 9-Elvis Mashike (23-Karl Holmberg 80) Coach: Branko Nisevic

Valletta: 99-Cain Formosa, 18-Enmy Pena Beltre, 28-Jean-Marie Nnomo Ngong, 3-Enzo Ruiz, 21-Bradley Kamdem, 22-Brandon Paiber, 80-Joseph Willy (24-Rowen Muscat 46), 10-Shaun Dimech, 93-Kilian Bevis, 9-Andrea Zammit (11-Nilitinho 57), 20-Federico Falcone (91-William Jebor 56) Coach: Thane Micallef

RefereeGlen Tonna

Ass. Referees: Duncan Spencer, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: E. Mashike Sukisa 19 (H)

Ammoniti: J. C. Corbolan, Jonny, Ederson, Dodo (H), J. Willy (V)

Player tal-LogħbaMatthew Guillaumier (H)

Sport