Wednesday, December 25, 2024

Hamrun S. miżmuma minn Floriana li kellhom player imkeċċi

Aqra wkoll

Hamrun S. …..1

Floriana …..…1

Minn Cristian Muscat

Minkejja b’inferjoritá numerika għal aktar minn nofs siegħa, Floriana rnex­xielhom iżommu liċ-cham­pions Hamrun Spartans fi draw ta’ 1-1 li ddiżappuntaw speċjalment meta kienu bi player aktar.

Floriana għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss tliet minuti fetħu l-iskor meta Mattia Veselji għadda tajjeb lejn Jake Grech li b’daqqa ta’ takkuna ppreżenta l-ballun lil DUNSTAN VELLA li pplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-11-il minuta l-Ispartans kellhom goal imħassar meta Sven Xerri xeħet fix-xibka iżda r-referee, Alex Johnson, innota foul fuq il-goalkeeper Christoffer Mafoumbi, qabel l-eżekuzzjoni tal-player Ħamruniż.

Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara Talison kellu l-konklużjoni tintemm ftit barra.

Fit-23 minuta, Hamrun in­għataw penalty meta Mafoumbi għamel kuntatt mi­nimu ma’ Joseph Mbong f’po­żizzjoni angolata. 

Mill-11-il metru, LUKE MONTEBELLO xeħet lill- goalkeeper Furjaniż fuq in-naħa opposta u l-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Il-Greens irrispondew man-nofs siegħa logħob meta Fernandinho kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali jiġi mdawwar f’corner minn Henry Bonello, li deher li weġġa’ xi ftit f’din l-azzjoni.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu aktar avventurużi u fis-47 minuta Raphael Lopes Silva kellu konklużjoni mid-distanza  kemmxejn fraġli tintemm ftit barra.

Fl-54 minuta, Floriana qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa Mattia Veselji meta ntwera t-tieni karta safra.

Fl-74 minuta, Hamrun  Spartans reġgħu ħolqu l- periklu iżda Ryan Camenzuli għolla l-mira.

Fid-90 minuta, Hamrun, tilfu ċans tad-deheb meta Joseph Mbong għadda lejn Roko Prsa li xeħet barra.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 7-Luke Montebello, 8-Lui Talison Barbosa (28-Juan Carlos Corbalan 72), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (25-Ederson Bruno Domingos 46), 17-Wendel Barros Da Silva (19-Vitor Leite Da Silva 82), 33-Mayron, 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes   – Coach: Alessandro Zinnari

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oulaid El Hasni, 7-Mattia Veselji, 8-Jake Grech, 11-Thiaguinho (77-Aleandro Garzia 59), 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 27-Franklin Sasere, 55-Alexan­dros Kouro, 70-Fernandinho   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Alex Johsnon

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, James Muscat

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: D. Vella 3 (F), L. Montebello 24 pen. (HS)

AMMONITI: O. El Hasni, C. Mafoumbi, M. Veselji, Fernandinho, D. Vella (F), Talison, J. E. Mbong (HS)

TKEĊĊA: M. Veselji 54 (F)

Ekonomija

Sport