Saturday, September 26, 2026
Home Sport Player fl-Ingilterra sospiż ħames snin wara attakk brutali fuq partitarju fit-telfa ta’...

Player fl-Ingilterra sospiż ħames snin wara attakk brutali fuq partitarju fit-telfa ta’ 3-0

0
56

Il-player Calum Merrin ġie sospiż mill-forom kollha tal-football fl-Ingilterra għal ħames snin wara attakk vjolenti fuq partitarju waqt logħba tal-FA Vase. 

L-inċident seħħ fid-9 ta’ Novembru 2024, meta Merrin kien qed jilgħab ma’ Elburton Villa, team minn South West Peninsula League Premier Division (East), f’logħba barra minn darhom kontra Brixham f’Devon. Brixham rebħu l-partita 3-0.

Merrin, 21 sena, u raġel ieħor attakkaw lill-partitarju, li sofra ġrieħi serji u kellu bżonn li ssirlu operazzjoni. Huwa kellu wkoll sitt viti mqiegħda fil-ferita. Iż-żewġt irġiel ammettew akkuża li kkawżaw ġrieħi gravi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fi Plymouth, f’Ġunju. 

It-tnejn ingħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal sentejn, kif ukoll ġew ordnati jagħmlu 300 siegħa xogħol bla ħlas u jħallsu £1,500 kumpens lill-vittma. Inħareġ ukoll ordni biex ma jikkuntattjawx lill-vittma.

Wara l-kundanna, il-każ ġie rrappurtat lill-FA Ingliża li kkonfermat li Merrin kien kiser ir-regola E3.1 minħabba mġieba vjolenti u attakk fuq persuna. 

Il-Kummissjoni Regolatorja indipendenti imponiet sospensjoni ta’ ħames snin mill-attivitajiet kollha relatati mal-football, b’effett lura mid-data tal-inċident. 

Merrin ġie mmultat ukoll £150, filwaqt li Elburton Villa ngħataw 10 punti dixxiplinarji.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here