Wednesday, November 20, 2024

Hamrun Spartans jaċċertaw fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Sta Lucia ………1

Hamrun S. ……3

Hamrun Spartans aċċertaw mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel taqsima, fir- rebħa tagħhom ta’ 3-1 fuq Sta Lucia.

Hamrun għamlu l-inten­zjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita hekk kif wara erba’ minuti fetħu l-iskor meta mill-cross ta’ Luke Montebello, YULIAN NENOV xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Sta Lucia ħolqu l-ewwel azzjoni fid-29 minuta, meta xutt ta’ Tatsuro Nagamatsu ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Emerson Marcelina, bl-Ispartans jeħilsuha ħafif.

Mill-azzjoni li segwiet,  l-Ispartans irduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, Emerson Marcelina, bir-ras għadda lejn LUKE MONTEBELLO li minn qagħda ideali tefa’ l-ballun fix-xibka  fost protesti qawwija min-naħa tal-Luċjani għal pożizzjoni ta’ offside.

U jidher li l-Ħamruniżi ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor, hekk kif proprju fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, għamluhom tlie­ta, meta wara li rċieva minn cross ta’ Juan Carlos Corbalan, UROS DURANOVIC, kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jgħaddi minn taħt saqajn Da Paz.

Fil-ftuh tat-tieni taqsima Hamrun komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fit-48 minuta, Roko Prsa, kellu f’saqajh il-ballun tar-raba’ goal, iżda wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeper avversarju, Francisco Da Paz salva t-tentattiv tiegħu.

Santa Lucia iżda bdew jipproduċu logħob sabiħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-50 minuta  naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ xutt ta’ TATSURO NAGAMATSU  minn pożizzjoni ċentrali fil-kaxxa li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Wara dan il-goal, ir-ritmu bħal donnu naqas xi ftit u għaldaqstant kien konċentrat f’nofs il-ground.

Dan sat-83 minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Juan Carlos Corbalan falla l-mira bi ftit. 

Fil-ħin miżjud l-Ispartans setgħu kabbru l-iskor iżda minn qagħda tajba, it-tentattiv ta’ Uros Duranovic intemm barra.

sta lucia: 12-Francisco Celio da Paz, 3-Mattias Ellul, 5-Arthur Henrique Araujo (14-Dexter Xuereb 62), 6-Matthias Vella (21-Jamie Carbone 46), 7-Steve Pisani, 10-Tatsuro Nagamatsu, 17-Jurgen Pisani, 20-Gonzalo Nicolas Virano (27-Alessio Piazza 24), 22-Hulk (9-Wagner Alves 82), 33-Patrick De Olivera Ramos, 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zinnari

hamrun s.:  1-Henry Bonello, 7-Luke Montebello (5-Kean Scicluna 84), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 17-Yulian Nenov, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos, 27-Ognjen Bjeli­cic, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 98-Jonny (30-Seth Paintsil 81) – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: Y. Nenov 4, L. Montebello 30, U. Duranovic 45 (HS), T. Nagamatsu 50 (SL)

AMMONITI: P. De Oliveira, S. Xerri (SL), Jonny (HS)

Sport