Wednesday, July 24, 2024

Hamrun Spartans jaħtru lil Alessandro Zinnari bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ħatru lil Alessandro Zinnari bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom, biex b’hekk se jkun qed jieħu post Luciano Zauri.

Il-Ħamis filgħodu, Zinnari temm il-kuntratt tiegħu ma’ Santa Lucia u ffirma kuntratt ta’ sena mal-Ispartans.

Il-kowċ Taljan kien jifforma parti mill-istaff tekniku tal-eks kowċ nazzjonali Devis Mangia.

Fil-fatt, Zinnari ħadem għal tliet snin bħala Koordinatur Tekniku mal-Malta FA u kellu perjodu qasir bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Malta U-19.

Wara li telaq mill-Malta FA, Zinnari inħatar bħala kowċ ta’ Santa Lucia.

Għalkemm Santa Lucia naqsu milli jżommu posthom fil-Kampjonat Premier wara li sofrew ir-relegazzjoni fl-aħħar ġurnata tal-istaġun, Zinnari impressjona bil-ħidma tiegħu fil-klabb, u wassal lit-tim għal riżultati pożittivi fit-tieni rawnd fejn kien wieħed mit-timijiet. li kiseb l-ogħla ammont ta’ punti.

Ekonomija

Sport