Thursday, December 26, 2024

Hamrun Spartans jikkonvinċu u jirreġistraw rebħa kbira

Aqra wkoll

Hamrun Spartans .…4

Santa Lucia ……..……1

Hamrun Spartans ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Santa Lucia bl-iskor kbir ta’ 4-1 li issa jinsabu f’periklu serju li jitilfu posthom.

Kmieni fil-partita, il-coach Taljan tal-Ispartans Luciano Zauri kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Juan Carlos Corbalan biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Ryan Camenzuli.

Barra minn hekk, huma kellhom lil Emerson Marcelina, Uros Duranovic u Roko Prsa sospiżi.

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Ryan Camenzuli ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-disatanza li ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper Francisco Celio da Paz Silva.

L-Ispartans komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara fetħu l-iskor meta Jonny għadda tajjeb lejn LUKE MONTEBELLO li kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat parzjalmennt mill-goalkeeper Luċjan,  iżda mir-rebound xeħet fix-xibka.

L-Ispartans irduppjaw l-is­kor fil-45 minuta meta SETH PAINSTIL minn pożizzjoni ideali, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Ħamruniżi.

U jidher li Hamrun ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi u wara biss ftit sekondi rebħu penalty meta l-captain ta’ Santa Lucia, Jurgen Pisani, waqqa’ lil Ederson Bruno Domingos fil-kaxxa. Mill-11-il metru JONNY TORRES li ma żbaljax.          

Madankollu, Sta Lucia għamlu reazzjoni u, fis-66 minuta,  naqqsu l-marġni tal-iskor meta Ognjen Bjelicic għadda lejn Nemanja Krstic,  bis-sostitut Gabriel Mensah jisraq il-ballun mingħand dan tal-aħħar, qabel serva lil ALESSIO PIAZZA li minn tarf il-kaxxa spara ġewwa.

Wara dan il-goal il-livell naqas biex il-logħob kien konċentrat f’nofs il-ground.

Peró fil-ħin miżjud, il- Ħamruniżi ngħataw penalty meta Gonzalo Nicolas Virano waqqa’ lis-sostitut Gabriel Vella fil-kaxxa. Mill-11-il metru, EDERSON BRUNO DOMINGOS sammar il-ballun fix-xibka.

Ta’ nota huwa l-fatt li l-foul li kkommetta Virano kien ifisser it-tieni ammonizzjoni tiegħu u kawża ta’ hekk tkeċċa mir-referee, Fyodor Zammit. 

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (33-Christian Rutjens 76), 10-Joseph Essien Mbomg, 14-Elionay Freitas Da Silva, 25-Ederson Bruno Domingos, 27-Ognjen Bjeleicic, 28-Juan Carlos Corbalan (94-Ryan Camenzuli 8), 30-Seth Paintsil, 42-Nemanja Krstic, 98-Jonny (77-Gabriel Vella 93)   – Coach: Luciano Zauri

STA LUCIA: 12-Francisco Celio Da Paz Silva, 3-Mattias Ellul (33-Patrick De Oliviera Ramos 53), 6-Daniel Letherby, 7-Steve Pisani (80-Evandro Pinto Gomes 53), 15-Adam Bradshaw (10-Tatsuro Nagamtsu 73), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 20-Nicolas Gonzalo Virano, 21-Santiago Fabian Moracci (9-Gabriel Mensah 59), 27-Alessio Piazza, 55-Sven Xerri (14-Dexter Xuereb 54)   – Coach: Alessaandro Zinnari

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Shaun Calleja, Robert Curtis

RABA’ UFF: lex Johnson

SKORERS: L. Montebello 16, S. Paintsil 45, Jonny 47 pen, E. Bruno Domingos pen. 93 (HS), A. Piazza 66 (SL)

AMMONITI: S. F. Moracci, P. De Oliviera Ramos, E. P. Gomes, G. N. Virano (2) (SL), E. Freitas Da Silva (H)

TKEĊĊ: G. Virano 93 (SL)

Ekonomija

Sport