Wednesday, July 24, 2024

Riżultat li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Gzira United …..0

Birkirkara ………0

Gzira United u Birkirkara temmew fi draw ta’ min­għajr goals liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd … Birkirkara biex itemmu fir-raba’ post li jista’ jfisser post fil-UEFA Conference League  u Gzira biex isalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fit-tielet minuta meta minn corner mogħti tajjeb minn Thiago Espindola, dan sab lil Thaylor Aldama fil-kaxxa li b’xutt kemmxejn fraġli minn pożizzjoni ideali ra lill-goalkeeper, Marcel Zapytowoski, isalva tajjeb

Birkirkara wieġbu fis-16-il minuta, permezz ta’ free-kick ta’ Paul Mbong li ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Darijan Zarkov.

Fit-28 minuta, Birkirkara resqu viċin li jifħu l-iskor permezz ta’ free-kick mogħti minn Paul Mbong, iżda Alessandro Coppola mill-viċin tefa’ barra.

Fl-34 minuta, Gzira kel­lhom ċans tajjeb li jiżblukkaw ir-riżultat meta minn corner mogħti minnThiago Espindola, dan sab lil Lucas Macula li permezz ta’ daqqa ta’ ras li ħabtet mal-wieqfa, bil-ballun jintemm għand Thaylor Aldama li li b’xutt mill-ewwel kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb minn Zapytowski.

Fil-55 minuta, il-Maroons kellhom ċans tajjeb meta Lucas Macula avvanza u minn barra l-kaxxa venven xutt qawwi li għadda ftit għoli. 

Fl-aħħar mumenti tal-partita, il-Gżirjani fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta ż-żagħżugħ Brooklyn Borg żmarkat fil-kaxxa tefa’ inkredibbilment barra.

Gzira U: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri (4-Andrew Borg 76), 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 19-Walter Cameron (47-Brooklyn Borg 86), 20-Farid Romero Zuniga, 21-Zachary Cassar, 93-Thiago De Paula, 98-Jackson Mendoza – Coach: Andrew Cohen

Birkirkara: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (15-Kaiden Fenech 85), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (77-Ali Diakite 60), 25-Neil Micallef (91-Maxuell Maia 46), 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong (10-Andrea Zammit 85), 42-Simon Zibo (23-Nicholas James Agius 89), 99-Andrei Ciolacu – Coach: José Borg

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorers: Ħadd

Ammoniti: T. Espindola (G), K. Zammit (B)

Player tal-Logħba: Paul Mbong (B)

Ekonomija

Sport