Monday, May 13, 2024

Sport4Kate: Ġurnata ta’ attivitajiet inkluż sports bil-għan li jinġabru flus għal Kate

Aqra wkoll

Sports4Kate, huwa avveniment li se jkun iddedikat lil Kate Ferriggi ta’ ħames snin Dan se jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali.

Il-flus li jinġabru waqt l-ISports4Kate se jkunu ta’ għajnuna għal Kate sabiex din tkun tista’ tirċievi t-trattament u t-terapija barra minn Malta fix-xhur li ġejjin.

L-attività se tkun fil-5 ta’ Mejju u tibda mid-9:00 a.m u tispiċċa fil-5:00p.m fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa. F’din il-ġurnata se jkun hemm diversi tipi ta’ sports, fosthom; boxing, long jump, yoga, volleyball, running, hockey, kickboxing u aktar.

SportsMalta, li se tkun qed tgħin biex tospita l-avveniment, stqarret li jridu jippromwovu l-importanza tal-isport filwaqt li jgħinu wkoll lil Kate.

Se jkun hemm ukoll divertiment għal familja kollha, hekk kif se jkun hemm ukoll diversi kantanti li se jagħtu l-prestazzjoni tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport