Saturday, December 28, 2024

Hamrun Spartans jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan ……….2

Hamrun S. …..2

Minkejja li Hamrun Spartans urew karattru kbir biex salvaw il-partita fi draw ta’ 2-2 kontra Balzan wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals kif ukoll bi player inqas, huma waqqgħu żewġ punti u ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

Min-naħa ta’ Balzan dawn reġgħu ma għarfux iżommu l-vantaġġ doppju wara li matul il-ġimgħa sfaw megħluba 3-2 minn Birkirkara.

Fl-10 minuta waslet l-ewwel azzjoni meta d-di­fen­sur ta’ Balzan, Augustine Loof, kien se jikkommetti auto-goal meta mill-cross ta’ Luke Gambin id-daqqa ta’ ras tiegħu kienet indirizzata lejn il-lasti tiegħu stess iżda l-goalkeeper, Jake Galea, salva.

Fil-21 minata El Bakhtaui kellu xutt imbluakkat minn Galea, bil-ballun jintemm għand Matthew Guillau­mier li kellu t-tentattiv tiegħu fil-baxx minn pożizzjoni ideali jiġi devjat f’corner mid-difiża ta’ Balzan.

Iżda, fid-29 minuta, kontra x-xejra tal-logħob kienu Balzan li fetħu l-iskor meta Aleksa Andrejic approfitta minn indeċiżjoni f’nofs il-ground tad-difensur Karl Micallef qabel temm ġirja tajba u permezz ta’ pass preċiż lejn BOJAN KALJEVIC li mill-viċin spara ġewwa, b’dan ikun il-100 goal tiegħu fl-ogħla diviżjoni tal-football Malti.

Hamrun wieġbu fit-32 mi­nuta permezz ta’ xutt insidjuz minn El Bakhtaoui li iżda ntemm għoli. 

L-affarijiet kompkew jikkomplikaw ruħhom għall-Ispartans meta erba’ minuti wa­ra weġġa’ l-attakkant Isaac Ntow u minfloku daħal jilgħab Arthur Oyama.

U fl-40 minuta, Balzan irduppjaw meta Uros Ljubo­mirac approfitta minn żball difenisv ta’ Claude Dielna qabel xeħet cross-shot fil-baxx lejn BOJAN KALJEVIC li bil-kalma kollha xeħet f’lasti vojta biex irreġistra doppjetta.

Madankollu, fit-62 minuta, il-Ħamruniżi naqqsu l-mar­ġni tal-iskor meta rebħu penalty wara li FAISSAL EL BAKHTAOUI twaqqa’ fil-kax­xa biex mill-11-il metru xeħet lill-goalkeeper Balzani fuq in-naħa l-ħażina.

Tliet minuti wara, Kaljevic falla l-mira biex fit-68 minuta El Bakhatoui kellu xutt sabiħ mill-viċin jiġi salvat b’diffikultá kbira minn Galea biex salva goal ċert.

Fis-76 minuta, l-Ispartans spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Steve Borg li kien ilu fil-ground ħames minuti biss wara li deher jagħti daqqa lil Aleksa Andrejic.

Peró kienu huma li kisbu d-draw meta Jorge Soares ġie mwaqqa’ minn Gary Camil­leri u mill-penalty FAISSAL EL BAKHTAOUI ma żbaljax.

BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatko­vic, 22-Gary Camilleri, 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic, 86-Bojan Kaljevic (20-Suleiman Jalu 66), 88-Sean Cipriott   – Coach: Paul Zammit

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic (10-Jorge Ailton Soares 71), 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Mbong, 17-Franklin Sasere, 23-Luke Gambin (29-Predrag Djordjevic 76), 30-Karl Micallef (28-Juan Carlos Corbalan 46), 33-Isaac Ntow (12-Arthur Oyama 36), 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina (15-Steve Borg 71), 92-Faissal El Bakhtaoui   – Coach: Mark Buttigieg

REFEREE: Ishamael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Luke Portelli

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: B. Kaljevic 29, 40 (B), F. El Bakhtaoui  62 pen, 90 pen (HS)

AMMONITI: B. Kaljevic 29, 40 (B), F. El Bakhtaoui pen. 62, pen. 90 (HS)

TKEĊĊA: S. Borg 76 (HS)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Bojan Kaljevic (Balzan)

Ekonomija

Sport