Saturday, May 4, 2024

Hamrun Spartans jumiljaw lil Floriana … u jsiru champions għall-10 darba

Aqra wkoll

Floriana …….0

Hamrun S. ….5

Fl-aktar konfront mistenni tal-istaġun, Hamrun Spartans litteralment umiljaw lil Floriana b’rebħa ta’ 5-0 biex rebħu l-kampjonat Malti għall-10 darba fl-istorja.

Filwaqt li Floriana kienu ineżistenti għal kollox liema wirja fqira xejn ma kienet tirrifletti l-mixja tagħ­hom lejn l-isfida għar-rebħ tat-tit­lu, sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Ħamruniżi kienu diġá aċċertati mir-rebħa hekk kif huma daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ erba’ goals … bil-partitarji Furjaniżi, li telgħu bi ħġarhom, bdew triqithom lejn djarhom u jabbandunaw l-Istadium Nazzjonali. 

L-Ispartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fit-tmien minuti fetħu l-iskor meta Ryan Camenzuli xeħet cross insidjuż fejn sab lil  SETH PAINTSIL li b’daqqa ta’ ras preċiża xeħet fix-xibka.

Żewġ minuti biss wara, Hamrun resqu viċin li jirduppjaw meta Jonny avvanza fuq il-lemin izda l-goalkeeper tal-Greens, Nemanja Andrijanic, li kien qed jieħu post ir-regolari Georgi Kitanov li kien sospiż, imblokka x-xutt mill-viċin f’corner. Mill-is­tess corner mogħti minn Luke Montebello, Steve Borg kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tin­temm ftit barra.

Fit-13-il minuta, wara kontrattakk veloċi, Ederson Bruno Domingos għadda lejn Paintsil iżda ġie nnewtralizzat fil-ħin minn Andrijanic

Fit-18-il minuta, l-Ispartans irduppjaw minn rebound ta’ SETH PAINTSIL wara li x-xutt ta’ Luke Montebello ġie salvat parzjalment minn Andrijanic.

Fl-40 minuta, ġie skorjat it-tielet goal meta Elionay Frei­tas Da Silva żmarka lil Jonny fuq il-lemin, dan għadda taj­jeb lejn SETH PAINTSIL li tefa’ ġewwa mill-ewwel.

U żewġ minuti fil-ħin miżjud, Hamrun skorjaw ir-raba’ goal meta xutt  fil-baxx ta’ Joseph Mbong ġie mblokkatt minn Andrijanic u mir-rebound, ELIONAY FREITAS DA SILVA  bil-kalma kollha xeħet fix-xibka.

Il-partita ma kellha l-ebda storja u fit-tieni taqsima, il-Ħamruniżi naqqsu r-ritmu iżda xorta waħda bdew jikkontrollaw l-andament tal- logħba, bil-Furjaniżi jiġru wara d-dellijiet tagħhom stess … diżullużi u demoralizzati. 

Aktar minn hekk, fis-70 minuta, l-Ispartans issiġillaw ir-rebħa hekk kif  l-attakkant mill-Ghana, SETH PAINSTIL, inkuruna l-prestazzjoni tiegħu billi rreġistra poker personali meta rċieva through-pass mil-lemin … qabeż lil Andrijanic, li ħareġ barra minn postu, qabel ma ddepożita l-ballun fix-xibka.

FLORIANA: 99-Nemanja Andriannic, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 12-Dunstan Vella (8-Jake Grech 58), 17-Owen Spiteri (11-Matheus De Sousa 33), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 79-Guy Serge Yameogo (77-Aleandro Garzia 75), 93-Christos Rovas (7-Mattia Veselji 58), 94-Luis Willis Furtado – Coach: Mauro Camoranesi

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (33-Christian Rutjens 85), 14-Elionay Freitas Da Silva (27-Ognjen Bjelicic 75), 25-Ederson Bruno Domingos (21-Sean Agius 90), 30-Seth Paintsil (42-Nemanja Krstic 75), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny   – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Roberto Vel­la, James Muscat

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: S. Painstil 8, 18, 41, 71, E. Freitas da Silva 48 (HS)  

AMMONITI: O. El Hasni, M. N. Garcia, M. Valadzko (F), J. Zerafa (H)

ATTENDENZA: 8,616

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport