Friday, December 27, 2024

Hamrun Spartans miżmuma minn Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ….0

Hamrun Spartans …..0

Hamrun Spartans tilfu żewġ punti prezzjużi meta sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Sliema Wanderers … u dan meta dawn tal-aħħar lagħbu għal madwar nofsiegħa sħiħa bi player inqas.

Din kienet it-tieni darba li Hamrun sfaw miżuma mill-Wanderers, hekk kif fl-ewwel round, il-konfront ta’ bejn dawn iż-żewġ timijiet kien intemm fi draw ta’ 1-1.

B’hekk ġiet fi tmiemha sensiela ta’ tmien rebħiet konsekuttivi tal-Ispartans … kif ukoll din kienet l-ewwel darba li naqsu li jsibu x-xibka avversarja.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fid-19-il minuta meta Uros Duranovic minn pożizzjoni angolata sab lill-goalkeeper tal-Wandesrs, Rashed Al Tumi, attent. Sliema wieġbu fl-20 minuta meta Freire kellu xutt ċentrali salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu tajjeb u fil-55 minuta, free-kick ta’ Roko Prsa għadda għoli.

Erba’ minuti biss wara, Uros Duranovic, ħo­loq il-periklu fid-difiża tal-Wanderers li iżda finalment biegħdet kull periklu. Fit-63 minuta, Luke Montebello għall-Ispartans kellu xutt mid-distanza salvat min­għajr diffikultá minn Al Tumi.

Minuta biss wara, Sliema qalgħu daqqa ta’ ħarta meta sfaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Jospeh Marie Minala, wara li rċieva t-tieni karta safra.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun li tefgħu kollox fuq l-attakk u fid-90 minuta kienu sfortunati li ma skor­jawx il-goal tar-rebħa meta xutt ta’ Ryan Camenzuli heżheż il-wieqfa, bil-Wanderers jeħilsuha ħafif.

Wieħed stenna li Hamrun ikomplu jippressaw iżda ma kienx fadal ħin biex setgħu jieħdu t-tliet punti.

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 9-Vito Plut (19-Daniil Kondrakov 80), 10-Samuel Gomes De Mata (18-Edmond Agius 83), 11-Myles Beerman, 13-James Arthur (21-Neil Frendo 93), 15-Gustavo Alcino, 20-Christ Kouao, 31-Henrique Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong   – Coach: Paul Zammit

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas da Silva, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos (10-Joseph Essien Mbong 70’), 28-Juan Carlos Corbalan (17-Yulian Nenov 84), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (30-Seth Paintsil 70)   – Coach: Lu­ciano Zauri

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: J. M. Minala (2), J. Arthur (SW), E. Bruno Domingos, E. Marcelina (HS)

TKEĊĊA: J. Minala 64 (SW)

Ekonomija

Sport