Il-Malta Football Association ħabbret li l-logħba tal-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Birkirkara li kellha tintlagħab is-Sibt, 18 ta’ Diċembru, ġiet posposta minħabba każijiet tal-Covid-19, fejn data oħra titħabbar aktar tard.
Intant il-partita bejn Sliema Wanderers u Balzan ġiet skedata mill-ġdid għall-Ħamis 30 ta’ Diċembru fis-Centenary Stadium, fis-6.00 pm.
Il-logħba tal-BOV National Amateur League Grupp A bejn Attard u Ta’ Xbiex fil-programm tas-Sibt ġiet posposta wkoll għall-istess raġuni.