Friday, December 27, 2024

Ħamruniż mixli li ta fastidju lil ommu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli li ta fastidju lil ommu.

Isem l-akkużat mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identità ta’ ommu hekk kif jidher li dan huwa każ relatat mal-vizzju tad-droga li għandu.

Ir-raġel, li mistoqsi x’jaħdem wieġeb li qiegħed fuq il-pensjoni tal-invalidità, kien akkużat li fis-17 ta’ Settembru li għadda fid-dar t’ommu taha fastidju, beżżaha u li kellu fil-pussess tiegħu l-eroina.

Waqt li l-Ispetturi Roderick Attard u Stacy Attard irrimarkaw li dan ma kienx inċident iżolat, l-Avukat Charmaine Cherrett li dehret għalih sostniet li ma kien hemm ebda vjolenza min-naħa tiegħu.

Minkejja t-talba tagħha għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat din ġiet miċħuda mill-Maġistrat Doreen Clarke.

Ekonomija

Sport