Id-Delegat Malti tal-EHF Alan Grima ġie nominat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex jmexxi l-ewwel leg tal-Finali tat-Tazza Ewropea tan-Nisa bejn Club Balonmán Atlético Guardes (Spanja) u Antalya Konyaalti BSK (Turkija). Il-partita tintlagħab f’Pontevedra nhar il-Ħadd. Marina Duplii u Olena Pobedrina mill-Ukrajna se jkunu r-referees tal-partita. Din hija t-tieni finali Ewropea fil-kompetizzjonijiet tal-klabbs għal Alan Grima li s-sena l-oħra kien nominat għall-partita finali tal-EHF European League tan-Nisa f’Viborg id-Danimarka.
Handball: Id-Delegat Malti tal-EHF Alan Grima nominat għal Energi Viborg EHF Finals 2022
