Wednesday, April 24, 2024

ARA: Għamel l-istatwa u kisser il-forma tal-wiċċ biex ma jkunx hawn ieħor bħalu

Il-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana jibqa’ jitqies bħala l-kapulavur ta’ Wistin Camilleri

Aqra wkoll

L-istatwarju magħruf Wistin Camilleri baqa’ jgħid sa ftit qabel ma miet li waħda mill-isbaħ statwi li qatt għamel hija dik tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana li fit-8 ta’ Ġunju ta’ din is-sena tagħlaq 100 sena.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana ppreżentat dokumentarju qasir fejn fih tispjega li Wistin Camilleri minbarra li ta dik l-istatwa b’donazzjoni lil Parroċċa, tant kemm kienet għal qalbu li kisser il-forma tal-wiċċ ta’ Kristu biex ħadd u qatt ma jkun hawn ieħor bħalu.

Fid-dokumentarju jitkellem iben Wistin, l-artist Michael Camilleri Cauchi li jirrakkonta dwar it-tfulija tiegħu fejn missieru kien jinsisti miegħu u ma’ ħutu li kull sena jmorru jaraw l-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù ħierġa mill-knisja. Jirrakkonta wkoll li sa ftit qabel ma miet missieru kien baqa’ jgħid li minkejja dawk l-istatwi kollha li għamel il-Qalb ta’ Ġesù tibqa’ l-isbaħ waħda.

Min-naħa tiegħu l-Kappillan Simon Mario Cachia jitkellem dwar episodji ta’ kif waslet l-istatwa fil-Fontana u anke għaliex Wistin Camilleri wasal biex ma riedx flus għal dan il-kapulavur.

Jingħad ukoll li din l-istatwa hija waħda merakoluża tant mijiet kbar ta’ persuni jmorru jitolbuha matul is-sena.

Sport