Swieqi Instacoins Phoenix rebħu l-finali tat-Tazza Louis Borg wara li rebħu 42-28 kontra La Salle Karettun.
L-ewwel taqsima kienet konfront pjuttost bilanċjat b’La Salle Karettun jilagħbu tajjeb għal ħin twal u Swieqi Instacoins Phoenix jiksbu marġni ta’ erba’ gowls fl-aħħar minuti. It-tieni taqsima kienet storja differenti b’Swieqi Instacoins Phoenix fil-kontroll sħiħ tal-partita mill-bidu nett biex assiguraw rebħa komda.
Janko Radivojevic ta’ Swieqi Instacoins Phoenix kien l-aqwa skorer tal-partita bi 17-il gowl. Chris Magro skorja 8 gowls għal La Salle Karettun.
Fi tmiem il-partita, is-Sur Paul Zammit, President tal-Malta Handball Association ippreżenta l-Louis Borg Cup lill-captain ta’ Swieqi Instacoins Phoenix Clinton Mifsud.