Minkejja d-diżappunt tat-Tazza tad-Dinja meta sfaw eliminati mill-Fażi tal-Gruppi, il-coach tal-Ġermanja, Hansi Flick, mistenni jżomm postu u se jmexxi lit-team għall-Euro 2024.
Il-president tal-FA Ġermaniża, Bernd Neuendorf, sostna li għandu fiduċja netta fl-abbiltajiet ta’ Flick. Huwa qal:
“Għandna fiduċja sħiħa f’Hansi Flick minkejja li kellna tournament diżappuntanti. Bħala team aħna nistgħu niksbu ħafna aktar minn dak li wrejna fil-Qatar. Tlifna opportunità kbira hemmhekk.
“Iżda rridu nitgħallmu mill-iżbalji tagħna. Flick ngħata t-tmexxija tat-team nazzjonali wara l-Euro 2021. Huwa s-suċċessur ta’ Joachim Loew fejn kien l-assistent tiegħu meta rbaħna t-Tazza tad-Dinja fl-2014. Barra minn hekk huwa mexxa li Bayern Munich għat-Treble fl-2020.
“Nemmen bis-sħiħ fil-kapaċitajiet tiegħu li jista’ jmexxina għar-rebħ tal-Kampjonat Ewropew li jmiss li se jsir f’pajjiżna.”