Wednesday, April 24, 2024

Manchester United megħluba f’partita ta’ ħbiberija

Aqra wkoll

Fit-tour li qed jagħmlu fi Spanja, f’partita ta’ ħbiberija Manchester United sfaw megħluba minn Cadiz bl-iskor ta’ 4-2. 

Il-formazzjoni tar-Red Devils kienet waħda kompletament mibdula minħabba l-fatt li bosta players jinsabu mpenjati fit-Tazza tad-Dinja mal-pajjiżi rispettivi tagħhom. 

Fl-ewwel kwarta, it-team Spanjol fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals hekk kif Carlos Garcia fetaħ l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ freekick filwaqt  li Anthony Lozano rdoppja b’xutt mill-viċin.

Iżda l-United kisbu draw minn penalty ta’ Anthony Martial wara li Zidane Iqbal twaqqa’ fil-kaxxa biex imbagħad Kobbie Mainoo żied it-tieni b’xutt li kien inxellef għal ġox-xibka. 

Madankollu, Cadiz reġgħu marru fil-vantaġġ b’xutt qawwi ta’ Ruben Sorino, b’Tomas Alarcon jissiġġilla r-rebħa. 

Sport