Saturday, July 25, 2026
Home Sport Harry Kane fir-radar ta’ Real Madrid

Harry Kane fir-radar ta’ Real Madrid

0
433

It-tluq ta’ Karim Benzema minn ma’ Real Madrid kienet xi ħaġa mhux mistennija mid-diriġenti Spanjoli bil-plejer li mar jilgħab ma’ Al Ittihad fl-Arabja Sawdija.

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez kellem lid-diriġenti tiegħu fit-tentattiv li jsibu skorer prolifiku ieħor li jrid ikun tal-istess kwalitajiet tal-plejer Franċiż.

Objettiv li qed ipoġġu Los Merengues hu proprju Harry Kane li għalkemm irrifjuta lil Bayern Munich u donnu se jibqa’ ma’ Tottenham Hotspur, qed jiġi mwiegħed somma tajba ta’ flus li tista’ tbiddillu fehmtu.