Saturday, December 21, 2024

Harry Kane jilħaq lil Bobby Charlton

Aqra wkoll

Harry Kane laħaq lil-leġġendarju Sir Bobby Charlton fuq 49 goal għall-Ingilterra hekk kif ġew minn wara biex għelbu lill-Isvizzera 2-1 f’partita ta’ ħbiberija f’Wembley, nhar is-Sibt li għadda.

It-team ta’ Gareth Southgate kellu lill-goalkeeper Jordan Pickford eċċellenti bejn il-lasti, iżda xorta ġie megħlub minn Breel Embolo fit-22 minuta b’goal enfatiku fil-45 minuta. 

Fis-77 minuta, l-Ingilterra ngħataw penalty wara li l-VAR ġġudika li Steven Zuber kien mess il-ballun b’idu wara az­zjoni ta’ corner u mill-11-il metru Kane skorja b’xutt perfett.

Dan kien il-100 penalty li skorjaw l-Ingilterra fil-kompetizzjonijiet kollha (minbarra x-shoot-outs).

Issa Kane jinsab jokkupa t-tieni post fil-lista tal-iskorers tal-Ingilterra b’49 goals daqs Bobby Charlton u erbgħa inqas minn Wayne Rooney li skorja 53 bir-raba’ post jinsab għand Gary Lineker bi 48, Jimmy Greaves fuq 44 u Michael Owen fuq 40.

Issa wieħed irid jara meta Kane se jegħleb ir-rekord ta’ Rooney.

Ekonomija

Sport