Thursday, May 16, 2024

“Issa li ma ġejtx elett fil-parlament jibda staġun ġdid f’ħajti”

Aqra wkoll

L-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo, dalgħodu għadda messaġġ fuq il-midja soċjali fejn awgura lill-kandidati kollha li ġew eletti u li se jkunu qed iservu lill-poplu matul dawn il-ħames snin. 

Huwa rringrazzja lil dawk il-persuni kollha li kienu ta’ appoġġ għalih u lil dawk l-individwi li ħadmu miegħu matul it-30 sena li fihom serva lill-poplu fil-vjaġġ politiku tiegħu. 

Bartolo jagħlaq il-messaġġ tiegħu billi jiżvela li issa se jagħti bidu lil staġun ġdid f’ħajtu: “Issa li ma ġejtx elett fil-parlament jibda staġun ġdid f’ħajti”.

Sport