Friday, May 17, 2024

“Irridu nifhmu l-weġgħat tan-nies… se nkompli naħdem b’enerġija żagħżugħa”

Aqra wkoll

Il-kandidat Laburista Omar Farrugia f’reazzjoni wara r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali rringrazzja lil dawk kollha li wrewh is-sapport tagħhom fih matul din il-kampanja.

Filwaqt li stqarr dwar kemm hu kburi li kien parti minn tim daqstant b’saħħtu li rnexxielu jikseb riżultat pożittiv b’appoġġ kbir lill-Prim Ministru.

Farrugia qal li r-riżultat jimla lit-tim kollu b’umiltà u b’kuraġġ. Żied jgħid li bħala partit jeħtieġ li jitkellem u jisma’ lil dawk li tawh l-appoġġ, lil dawk li l-preferenza tagħhom kien xi partit ieħor u saħansitra dawk li għażlu li ma jivvutawx.

“Irrid nifhmu l-weġgħat tan-nies. Se nkompli naħdem b’din l-enerġija żagħżugħa”, kompla Farrugia filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha fi ħdan il-partit li ħadmu lejl u nhar bix seta’ jinkiseb dan ir-riżultat.

Sport