Sunday, September 8, 2024

Harry Kane ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-media Ingliża qed tirrapporta  li wara biss staġun ma’ Bayern Munich, l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane mistenni jirritorna fil-Premier League Ingliż ma’ Manchester United. 

Jidher li Kane ma tantx jinsab kuntent kif qed imorru l-affarijiet fil-Bavarja fejn hu se jispiċċa ma jirbaħx trofew wieħed, xi ħaġa li hu mmira li jagħmel wara 12-il sena fejn qatt ma rebaħ xejn ma’ Tottenham Hostpur.

Minkejja kollox, Kane skorja 30 gowl f’25 partita mat-tim minn Munich. Huma jinsabu barra mit-tazza Ġermaniża, tilfu s-super cup filwaqt li jinsabu għaxar punti taħt il-leaders Bayer Leverkusen fil-kampjonat.

L-uniku tama ta’ Kane hu li jirbħu l-UEFA Champions League għalkemm bosta kritiċi qed jgħidu li din hi tama xi ftit remota bil-kwalita’ inferjuri li għandhom Bayern Munich. 

Ekonomija

Sport