Sunday, April 21, 2024

Atletika: L-atleti tat-tim nazzjonali għal kamp ta’ taħriġ f’Formia bi tħejjija għal kampjonati internazzjonali

Aqra wkoll

12-il atleta li jiffurmaw parti mit-Tim Nazzjonali tal-Atletika, primarjament mid-dixxiplini tal-isprints u l-qbiż jinsabu f’Formia, fl-Italja, għal kamp ta’ taħriġ ta’ tmint ijien.

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ Olimpiku, immexxi mill-Federazzjoni Olimpika Taljana (CONI) joffri l-aqwa kundizzjonijiet biex iħejji l-atleti għall-kompetizzjonijiet tal-ogħla livell.

Dan il-kamp ta’ taħriġ, l-ewwel wieħed wara sensiela li wasslet għas-suċċessi tal-GSSE 2023, se jipprepara l-atleti Maltin għal bosta impenji importanti fix-xhur li ġejjin. Dawn jinkludu l-Kampjonati Ewropej, il-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar (CSSE), il-Kampjonati tal-Balkani u l-Kampjonat tal-Mediterran Under 23.

It-tim huwa mmexxi mid-Direttur Tekniku Mario Bonello u l-kowċis tat-Tim Nazzjonali

Jivko Jetchev u Zeljko Aras, u se jkunu assistiti f’Formia mill-Prof Antonio Laguardia u Vitaly Petrov.

Il-kamp ta’ taħriġ huwa appoġjat mill-Kumitat Olimpiku Malti, Sport Malta u l-NDSF.

Barra minn hekk, żewġ gruppi oħra li wkoll jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali se jitilgħu għal taħriġ f’April f’Formia u Tirrenia rispettivament, b’tal-ewwel iffukat fuq l-atleti ta’ distanza medja u tal-aħħar għad-dixxiplini tat-tfigħ, taħt it-tmexxija ta’ Nicola Silvaggi.

Sport