Wednesday, July 24, 2024

Celta Vigo jkeċċu lill-coach Rafael Benitez

Aqra wkoll

Celta Vigo keċċew lill-manager Rafael Benitez wara inqas minn disa’ xhur fil-kariga. L-eks ta’ Liverpool u Chelsea, Benitez, 63 sena, ingħaqad mal-club ta’ La Liga fit-23 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra u telaq wara li rebaħ biss ħamsa mit-28 partita tiegħu fil-kampjonat fit-tmexxija ta’ Celta.

Huwa ħalla l-club fis-17-il post fil-kampjonat, żewġ punti biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Dan kien l-ewwel rwol maniġerjali ta’ Benitez minn meta tkeċċa minn Everton f’Jannar tal-2022.

Fi 33 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, Celta rnexxielhom biss disa’ rebħiet, tlieta minnhom kontra timijiet minn diviżjonijirt inferjuri fil-Copa del Rey. L-aħħar logħba tiegħu ma’ Celta kienet it-telfa 4-0 kontra club ieħor tiegħu tal-passat, Real Madrid, nhar il-Ħadd.

Ekonomija

Sport