Wednesday, July 24, 2024

Hockey: GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jibqgħu viċin Floriana Young Stars

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks komplew iżommu t-tamiet li jirbħu l-kampjonat ħajjin meta għelbu lil Qormi Daikin 2-1.

Bħas-soltu meta jilagħbu dawn iż-żewġ timijiet, il-logħba dejjem tkun bilanċjata bid-destin tal-partita li ġie deċiż fl-aħħar quarter wara tliet quarters fejn ma kienx hemm gowls.

Qormi marru minn fuq permezz ta’ Shawn Dimech iżda Żurrieq kienu determinati li jdawru l-iskor favur tagħhom hekk kif Keith Scicluna u Jonathan Borg skorjaw il-gowls rebbieħa.

Umpires kienu Edward Hughes u Karl Chircop.

F’logħba emozzjonanti mill-Hockey 7s, Floriana Young Stars kisbu l-ewwel rebħa tagħhom wara li għelbu lil Rabat 4-3.

Il-Furjaniżi dejjem kienu minn fuq għalkemm ir-Rabtin dejjem baqgħu viċin l-avversarji tagħhom.

Andrew Camilleri skorja doppjetta filwaqt li Craig Briffa u Cillian Waterson wkoll sabu x-xibka għall-Greens.

Rabat naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ doppjetta ta’ Jason Vella u gowl ieħor ta’ Justine Pace Gasan.

Umpires kienu Glen Bonello u David Agius.

Mill-ewwel round tal-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, it-timijiet ta’ Marsaskala Summer Nights kellhom ġurnata pożittiva meta kemm tim A kif ukoll tim B kisbu l-punti massimi.

Marsaskala Summer Nights A għelbu lil De La Salle Floriana 3-2 filwaqt li Marsaskala Summer Nights B iddominaw il-konfront kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u rebħulhom 12-0.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY

Floriana Young Stars 10, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 8, Qormi Daikin 6, White Hart 2

KLASSIFIKA – HOCKEY 7s

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4, Qormi Daikin 3 , Floriana Young Stars 2, Rabat 1.

Ekonomija

Sport