Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Juve Birkirkara A jirbħu l-Community Easter Trophy

Aqra wkoll

Juve Birkirkara A rebħu l-Community Easter Trophy tal-Blackball meta fil-finali li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara għelbu lil Taċ-Ċaċċu Qormi 11-4.

Kif jindika l-iskor, kienet logħba ddominata mill-Karkariżi li stabilixxew vantaġġ ta’ 7-0 u baqgħu għaddejjin jirbħu frame wara l-ieħor. Min-naħa tagħhom il-Qriema rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor għal erba’ darbiet iżda ftit setgħu jagħmlu kontra l-preċiżjoni u l-konsistenza tal-avversarji tagħhom.

Sadanittant, illejla tintlagħab il-finali tar-Regional Easter Trophy fejn PL Balzan jaffrontaw lil Ħamrun 147 D.

Ekonomija

Sport