Harry Kane jista’ jkun wieħed mill-players li jgħin lill-MLS isir wieħed mill-aqwa kampjonati fid-dinja.
Il-captain tal-Ingilterra stqarr li jista’ jtemm il-karriera tiegħu fl-Istati Uniti, filwaqt li għadu jżomm ħaj il-ħolma li jsir kicker fl-NFL.
Il-kummissarju tal-MLS, Dan Garber, qal li jixtieq jara lil Kane jimxi fuq il-passi ta’ David Beckham u Lionel Messi.
Beckham għen biex il-kampjonat jikseb popolarità globali, filwaqt li Messi kompla jgħolli l-profil tiegħu.
Garber jemmen li l-MLS jista’ eventwalment isir wieħed mill-kampjonati l-aktar kompetittivi fid-dinja, iżda dan jista’ jieħu ġenerazzjoni.



