L-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Bayern Munich hekk kif tard il-Ġimgħa filgħaxija sarlu t-test mediku b’suċċess.
Bayern u Spurs qablu dwar ftehim li jiswa aktar minn €100 miljun ewro għal dan il-player li għandu 30 sena.
Id-deċiżjoni li jiċċaqlaq imbagħad tħalla f’idejn Kane, li huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Tottenham b’280 goal f’435 dehra.
Il-coach ta’ Spurs, Ange Postecoglou, o=ikkonferma nhar il-Ġimgħa li l-ftehim huwa “imminenti”.
Kane kien fadallu sena kuntratt u għaldaqstant Tottenham ma kellhomx għażla oħra ħlief li jċedu din il-ġawhra minħabba li ma riedx jiffirma kuntratt ġdid.