Monday, May 13, 2024

Premier Lge: Iċ-champions Manchester City jibdew id-difiża b’rebħa fuq Burnley

Aqra wkoll

Erling Haaland kompla fejn ħalla l-istaġun li għadda hekk kif skorja doppjetta għal Manchester City fir-rebħa ta’ 3-0 għand Burnley fl-ewwel logħba li fetħet dan l-istaġun tal-Premier League. 

Il-fenomenu tal-goals, li skorja 52 goal hekk kif City rebħu t-Treble tal-Premier League, l-FA Cup u ċ-Champions League fl-istaġun li għadda, dam biss 185 sekonda biex fetaħ l-iskor f’din il-kampanja l-ġdida b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ż-żgħira. 

Imbagħad, fis-36 minuta, huwa skorja t-tieni goal b’xutt mill-isbaħ lejn ir-rokna tax-xibka wara li rċieva bir-ras mingħand Rodri mill-cross ta’ Kevin De Bruyne. 

Imbagħad fil-75 minuta, Rodri ssiġilla r-rebħa wara li d-difiża ta’ Burnley naqset li tikklerja minn azzjoni ta’ free-kick. 

Fil-ħin miżjud Burnley spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Anass Zaroury għal daħla perikoluża fuq Kyle Walker. 

L-uniku punt negattiv għal Manchester City f’din ir-rebħa kienet l-inury ta’ De Bruyne li tista’ tħallih għal ġimgħat barra mill-azzjoni. 

Sport