L-Influencer Russu, Hasbulla li hu magħruf mad-dinja kollha ġie arrestat fir-Russja stess flimkien ma’ sħabu b’rabta ma’ sewqan perikoluż u ksur ta’ liġijiet tat-traffiku.
Skont rapporti minn midja internazzjonali, sħab Hasbulla u hu kienu qegħdin għal ċelebrazzjoni tat-tieġ ta’ ħabib tagħhom. Il-Ministeru għall-Intern ta’ Dagestan fir-Russja ippublika filmat li juri l-kaos li inqala fit-toroq kawża tagħhom.
L-istess filmat wera li kien hemm numru ta’ karozzi jibblukkaw it-traffiku u jduru f’toroq ewlenin b’mod perikoluż. Aktar tard l-istess filmat juri karozza milquta.
Wara l-publikkazzjoni tal-filmati, Hasbulla u sħabu talbu għal apoloġija għal dak li għamlu