Tuesday, May 14, 2024

L-OHSA f’laqgħa ma’ ħaddiema Sirjani li jaħdmu fil-kostruzzjoni

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA b’kolloborazzjoni mal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar organizzat laqgħa ma’ grupp ta’ ħaddiema Sirjani li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Għal din il-laqgħa li saret ġewwa Project House fil-Furjana attendew għaliha għadd ta’ ħaddiema Sirjani li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni li ġie spjegat lilhom x’inhuma l-fatturi ewlenin li jwasslu għall-aċċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni.

Barra minn hekk ġew elenkati wkoll il-perikli u r-riskji fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi li wieħed għandu jkun konxju tagħhom meta jaħdem f’siti ta’ kostruzzjoni.

Fid-diskors tagħhom, is-Sur Charles Micallef u s-Sur Stanley Azzopardi li kienu qegħdin jirrapreżentaw lil OHSA, enfassizaw fuq l-importanza li jintlibes ilbies prottetiv u saħqu fuq il-prekawzzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema biex jonqsu l-aċċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni.

F’din il-laqgħa sar ukoll enfasi fuq l l-importanza li jsir risk assessment qabel ma jibda x-xogħol f’siti ta’ kostruzzjoni u l-ħaddiema preżenti għal-laqgħa ġew mfakkra li waqt li jkunu qed jaħdmu dejjem għandu jkollhom magħhom first aid box u fire extinguisher.

Sport