Friday, November 15, 2024

Hat-trick personali tad-debuttant Angel Yesid Torres jikkastiga lil Zebbug R.

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan……………….3

Zebbug R………….1

Balzan kisbu rebħa meritata ta’ 3-1 kontra t-team promoss ta’  Zebbug Rangers, bl-eroj assolut għalihom ikun id-debuttant Angel Yesid Torres li rreġistra hat-trick personali.

Bla dubju huma kien l-aħjar team matul id-90 minuta fejn ftit li xejn taw ċans lill-avversarji jiddettaw il-logħob tagħhom, bis-superjoritá Balzanija tkun waħda evidenti.

M’hemm dubju li detrimentali għaż-Żebbuġin kienet it-tkeċċija ta’ Leandro ALmeida kmieni fil-partita eżattament fil-25 minuta.

Balzan għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ freekick, il-ballun wasal għand ANGEL YESID TORRES li kellu x-xutt imdwwar tiegħu li ħasad għal kollox lill-goalkeeper  Jamie Azzopardi.

L-affarijiet komplew sejrin ħażin għal Zebbug hekk kif fil-25 minuta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, il-player Leandro Almeida wara foul ikrah li kkommetta fuq Mattheus Albuguerque da Sousa li deher destinat li seta’ jkompli javvanza lejn il-lasti avversaarji.

Mill-freekick li rriżulta, reġa’ kien ANGEL YESID TORRES li rnexxielu jitfa’ l-ballun fix-xibka biex irreġistra doppjetta personali fi spazju ta’ 24 minuta.

Iżda Zebbug wettqu reazzjoni tajba u fil-35 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, Stefan Jankovic xeħet cross mix-xellug lejn CHARES NGOY LOKOLI li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-45 minuta, eżattamant qabel tmiem l-ewwel taqsima, Torres kien għoddu skorja t-tielet goal personali, iżda l-mimduda ċaħħditu minn dan, bil-goalkeeper tar-Rangers, megħlub għal kollox.

Fit-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan baqgħu jiddettaw il-logħob u fit-52 minuta skorjaw it-tielet goal fejn għal darb’oħra spikka l-attakkant Kolombjan Torres li għadda tajjeb lejn Da Sousa li kellu x-xutt tiegħu salvat minn Azzopardi li iżda ma żammx biex mir-rebound daħal tajjeb l-istess ANGEL YESID TORRES, li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Balzan komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita u għalkemm il-Player tal-Logħba, Angel Yesid Torres, ġie sfurzat jirtira mil-logħba fis-77 minuta minħabba injury li sofra, xorta baqgħu jikkonrollaw lill-avversarji tagħhom, sabiex kisbu tliet punti ferm meritati u importanti proprju fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier.

Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 6-Marcus Grima, 7-Milan Duric, 10-Angel Yesid Torres (20-Suleiman Jalu 79), 11-Benjamin Hill (44-Adam Bradshaw 85), 18-Uros Ljubomirac (21-Neil Frendo 87), 19-Milos Zlatkovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus Nogureira (86-Bojan Kaljevic 62), 98-Aidan Jake Friggieri (8-Paul Fenech 62) Coach: Oliver Spiteri

Zebbug Rangers: 1-Jamie Azzopardi, 4-Leandro Almeida, 6-Wilker Santos Rocha, 7-Yanis Tonna, 10-Stefan Jankovic (22-Gaetano Gesualdi 68), 11-Charles Ngoy Lokoli, 15-Roberto Sanchez, 16-Randall Vella, 18-Almir Soto (9-Miguel Perez 68), 20-Jordan Sciberras (8-Ayrton Mizzi 68), 23-Kurt Bondin Coach: Brian Spiteri

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Duncan Spencer, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: A. Yesid Torres 3, 27, 52 (B), C. Ngoy Lokoli 35 (Z)

Tkeċċa: L. Almeida 25 (Z)

Ammoniti: I. Bozovic (B)

Player tal-Logħba: Angel Yesid Torres (B)

  •                     Facebook Twitter Copy Link
Ekonomija

Sport