Sunday, January 18, 2026

Hat-trick ta’ Maxuell Maia jikkastiga lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira U……………..3

Marsaxlokk………..0

Kellu jkun hat-trick-personali tal-iskorer prilifiku Braziljan ta’ Gzira Maxuell Maia li kkastiga lil Marsaxlokk u ta rebħa prezzjuża ta’ 3-0 lill-Maroons fuq it-tim minn Nofsinhar ta’ Malta, b’dan ikun l-ewwel hat-trick tiegħu matul dan l-istaġun wara li għamel diversi  ġimgħat nieqes mill-azzjoni minħabba injury twila.

B’hekk Gzira rritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi kontra Hibernians u Zabbar SP rispettivament.

Marasxlokk kellhom lil Joseph Minala sospiż, filwaqt li ddefenda l-lasti għalihom il-goalkeeper ta’ riserva Matthew Calleja Cremona, hekk kif il-goalkeeper titolari Christoffer Mafiumbi qed jirkupra minn injury.

Min-naħa l-oħra, Gzira kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-captain Gabriel Bohrer Mentz minħabba li qed jirkupra minn injury.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt minuta meta Johan Bonila Calderon venven xutt mid-distanza li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Matthew Calleja Cremona.

Marsaxlokk wieġbu żewġ minuti wara meta Marcelo Barros Santos kellu x-xutt bid-dawra tiegħu devjat f’comer minn difensur tal-Gzira.

Iżda kienu l-Maroons li fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta l-captain MAXUELL MAIA permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u erba’ minuti wara l-ispeċjalista Clayton Failla kellu freekick insidjuż li ġie salvat b’diffikultá minn Calleja Cremona.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Gzira u man-nofsiegħa logħob irduppjaw l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra ta’ MAXUELL MAIA.

Fid-59 minuta Gzira reġgħu ħolqu l-periklu meta l-akkwist il-ġdid Isemoli N’sa minn pożizzjoni ideali jintemm barra.

Huma komplew jippressaw u fis-67 minuta Bonila Calderon kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm ftit għoli.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Gzira u fil-71 minuta ssiġillaw ir-rebħa peremzz tat-tielet goal meta wara li rċieva minn cross perfett, MAXUELL MAIA permezz ta’ lob delizzjuz għeleb għal kollox lil Calleja Cremona.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport