Thursday, December 19, 2024

Ħatriet ġodda f’MAPFRE Malta li jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025

Aqra wkoll

Javier Moreno itemm ir-rwol eżekuttiv tiegħu bħala President u Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea, biex jieħu l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv Reġjonali fi ħdan iż-żona reġjonali tal- EMEA.

Mill-1 ta’ Jannar se jkun sostitwit minn Etienne Sciberras, il-Kap Eżekuttiv attwali ta’ MAPFRE MSV LIFE. Etienne għandu grad ta’ baċellerat fil-kummerċ u huwa accountant pubbliku ċertifikat, kif ukoll chartered financial analyst.

Wara l-ħatra l-ġdida tiegħu, Etienne qal, “Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn Javier għal-kontribut eċċellenti f’dawn l-aħħar erba’ snin waqt li nawguralu għall-irwol ġdid li se jkun qed jieħu. Jien grat lejn il-bord tad-diretturi għall-fiduċja tagħhom fija. Flimkien mal-bord, it-tim maniġerjali u l-impjegati tagħna, ninsab ċert li MAPFRE Middlesea se tkompli wara l-passi ta’ Javier biex ssaħħaħ il-proposta tagħha għal klijenti tagħha u tkun mexxejja f’bidla pożittiva fis-suq tal-assigurazzjoni f’Malta. Aħna impenjati li nsaħħu s-servizz tagħna u li nkomplu nixprunaw l-innovazzjoni kif hu ċar permezz tal-investimenti sinifikanti li qed nagħmlu fit-teknoloġija.”

Ir-responsabbiltajiet attwali ta’ Etienne f’MAPFRE MSV Life issa jkunu taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid Elvira López de Lara, li bħalissa hija l-kap tal-grupp tad-distribuzzjoni fiż-żona tan-negozju korporattiv fi Spanja. 

Elvira għandha grad ta’ baċellerat fl-amministrazzjoni u l-ġestjoni tan-negozju. Hija kienet msemmija bħala waħda mill-aktar 40 persuna ta’ taħt -l 40 sena’ li għamlu impatt fis-settur tal-assigurazzjoni fi Spanja, minn INSE u AJPS. Hija rikonoxxuta għal ħiliet tagħha fl-istrateġija u l-innovazzjoni. Elvira okkupat diversi karigi fi ħdan il-grupp MAPFRE għal dawn l-aħħar 15-il sena bl-aktar pożizzjoni riċenti tagħha tkun dik ta’ Group Head of Distribution Channels. Bla dubju, il-ħiliet tagħha se jkomplu jgħinu fit-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozju lokali.

Ines Silva, wara 8 snin ta’ ħidma intensiva u professjonali, u kontribut dirett għall-iżvilupp tal-kultura, l-ambjent tax-xogħol, it-talent u t-trasformazzjoni ta’ MAPFRE Malta se tassumi ir-responsabbiltajiet strateġiċi fil-livell ta’ Grupp, fir-rwol ta’ Chief Culture – Corporate People and Organisation area.

Loredana Mallia se tinħatar bħala l-Uffiċjal Kap il-ġdid tar-Riżorsi Umani ta’ MAPFRE Malta. Loredana hija professjonista tar-riżorsi umani, b’aktar minn 20 sena’ esperjenza f’dan il-qasam.

Bħala parti mill-evoluzzjoni fil-qasam teknoloġiku, Emilio Martin għandu jinħatar bħala Chief Information Officer ta’ MAPFRE Malta, minflok Luciano Anastasi.

Dawn il-ħatriet huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-korpi tal-gvern lokali u l-kontrolli neċessarji.

Il-Bord tad-Diretturi irringrazzja lil Javier Moreno, Ines Silva u Luciano Anastasi għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom matul dawn l-aħħar snin waqt li awgura kull suċċess lil Etienne Sciberras, Loredana Mallia u Emilio Martin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport