Wednesday, December 25, 2024

“Hawn min qed jikkritikana għax se nagħtu aktar flus”

Aqra wkoll

Waqt l-attività politika minn Ħaż-Żabbar, il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista qiegħed kważi jiġi kritikat għax qiegħed iwiegħed li jqassam iżjed ġid.

“Jekk tafdawh Prim Ministru ħlief formoli b’termini u kundizzjonijiet ma ssibx fil-manifest tagħhom. Aħna ngħidulkom kemm, kif u meta”, tenna Abela filwaqt li qal li gvern Laburista jibqa’ jkattar l-investiment biex ikun jista’ joffri dinjità lil dawk li ħadmu għomorhom.

“Abela qal li mal-Partit Nazzjonalista tmur lura, iżda mal-Partit Laburista tmur ’il quddiem”, sostna l-Prim Ministru filwaqt li fakkar li gvern Nazzjonalista lest ma jagħtix ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa.

Abela kien ċar li gvern ġdid Laburista jwieżen l-aktar lill-batut u mhu lest jinsa lil ħadd. “Issa jridukom li fis-26 ta’ Marzu tibqgħu d-dar. Aħna l-appoġġ tagħkom qatt ma’ ħadnieh forgranted u se nibqgħu naħdmu għalih”, tenna jgħid lill-folla quddiemu Abela filwaqt li tkellem dwar miljuni ta’ investiment għal Malta Flimkien. 

Ekonomija

Sport