Sunday, December 22, 2024

“Hawn nies li għax iħobbu lill-PL u lil Malta, iridu u se jivvutaw lill-PN”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-unika soluzzjoni għat-trasport hija dik li għandu l-Partit Nazzjonalista. Tagħna ssir, tagħhom jekk u mhumiex konvinti dwar dak li nefqu l-miljuni biex qagħdu juruna l-preżentazzjonijiet”. Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt diskussjoni politika mis-Siġġiewi.

Għal darba oħra, Grech qal li l-għażla hija dik lejn is-serjetà ta’ min għamel ir-riċerka, min tkellem mal-esperti u għalhekk l-għażla hija dik ta’ Partit Nazzjonalista fil-gvern. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-proposta tat-trackless tram għax il-poplu għandu bżonn servizz effiċjenti, effettiv u puntwali. 

Mill-ġdid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista kważi kollu kkupjat mill-Partit Nazzjonalista. Huwa appella lil dawk li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom, jew lil dawk li ddeċidew li ma jivvutawx lill-Partit Laburista għax iridu jibagħtu messaġġ biex jagħmlu kuraġġ u jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.

Grech qal li hemm dawk li għax iħobbu lill-Partit Laburista u lil Malta, iridu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li vot lill-Partit Nazzjonalista jfisser aktar ġid b’10 setturi ekonomiċi ġodda u b’alleanza mal-poplu kapaċi joffri futur li jixraq lill-poplu.

Ekonomija

Sport