Thursday, November 14, 2024

“Ħaż-Żabbar rebaħ, Ħaż-Żabbar għandu l-Irxoxt” – Jorge Grech

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech qal li x-xewqa u s-sentiment nieqes għal snin twal taż-Żabbarin, issa sar realtà. Dan hekk kif issa Ħaż-Żabbar għandu wkoll l-Irxoxt.

F’kummenti li kiteb fuq il-midja soċjali, Grech qal: “L-ewwel pass huwa dejjem iebes! Sentejn u nofs ilu bkejt fi skiet, imma għax dak li ħlomt, emmint fih, sostnejnih u kien ġenwin, ilbieraħ il-poplu Żabbari għalkemm ma kontx preżenti, ingħaqad, semma leħnu, aġixxa u feraħ b’ferħ kbir.”

“Għalkemm l-arċipriet għamel ir-rikorsi neċessarji u l-kurja ma’ aċċettax, il-poplu Żabbari m’aċċettax ir-risposta u semma leħnu b’opra artistika tal-Irxoxt fi Santwarju li ġiet milqugħa b’ħafna ferħ u paċi fil-qlub fil-mument tal-Glorja. Meta l-poplu jitkellem u jwassal il-messaġġ, minn naħa l-oħra min imexxi irrid jirrifletti u jdur dawra tajba madwaru ħalli jtejjeb, ibaxxi rasu u jaċċetta rieda tal-poplu.”

Żied jgħid: “Ħaż-Żabbar rebaħ, Ħaż-Żabbar għandu l-Irxoxt! Il-ħidma se tkompli, din il-ġimgħa nħabbru proġett ġdid.”

Fl-aħħar nett huwa rringrazzjja lil-Artist u Statwarju Żabbari Rennie Abela għax-xogħol eċċellenti tiegħu; L-induratur Carmel Cassar għax-xogħol mill-ifjen li għamel fl-istgraffit, Il-landier Joseph Saliba għax-xogħol fil-metal ta’ raġġiera u l-palma; Il-Mastrudaxxa Manuel John Vassallo għax-xogħol tal-interzjar tas-salib; u lil kuġin Reuben Pullicino tas-sapport, paċenzja u l-ħin.

Ekonomija

Sport