Saturday, December 21, 2024

Ħdax minn ħdax imma nibqgħu umli

Aqra wkoll

Jikteb Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

L-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu kienet il-ħdax-il elezzjoni konsekuttiva li rebaħ il-Partit Laburista. Dan juri li r-rebħa tas-Sibt li għadda ma kinitx okkażjoni ta’ fula f’qargħa iżda mixja b’sahħħtha u konsistenti ta’ Partit li għaraf iġib madwaru magġġoranzi li qatt ma rajna bħalhom sa minn wara l-Indipendenza.

Mandat ċar

Ir-riżultat tas-Sibt wera biċ-ċar mandat b’saħħtu għal Prim Ministru Robert Abela, rizżultat li wera li taħt it-tmexxija tiegħu, il-Partit Laburista baqa’ jissaħħaħ. Maġġoranza ta’ kważi 40,000 hija xi ħaġa li ħadd qatt ma kien jitkellem fuqha sa’ ftit tas-snin ilu għax kulħadd jiftakar rebħiet b’ 1,500 jew 7,000 vot. Rebħa ta’ dawn il-margġni, kienu jkunu sodisfaċenti għal Partit rebbieħ. Għaldaqstant dan juri li d-differenza netta bejn iż-żewġ partiti qatt ma kienet ċara daqs illum.

Ritratt: Roger Azzopardi

Bħala Partit Laburista, naċċettaw dan ir-riżultat b’umiltà u responsabbiltà akbar u kull membru elett għandu jara’ li jmexxi b’lealtà lejn il-mexxej, il-Partit u fuq kollox il-pajjiż. 

Però bħala Partit Laburista wkoll, irridu naraw fejn stajna smajna aktar, fejn fhimna aktar, fejn urejna kumpassjoni ikbar għall-weġgħat tan-nies u fuq kollox, irridu naraw u nifhmu li l-maġġoranza li ksibna malajr tista’ tibda titnaqqar jekk dak li wegħdna ma nibdewx indawwruh għall-kisbiet. Dwar din tal-aħħar m’għandix dubju.

Is-silenzju ta’ min baqa’ d-dar

Ir-responsabbiltà titlob minna wkoll li mil-lum stess, nibdew inxammru l-kmiem u nkomplu fejn ħallejna. Mhux biss, iżda wkoll irridu nifhmu għalfejn kien hemm eluf li jew għażlu li ma jiġbrux il-vot tagħhom, jew ġabruh u ma baqgħux siekta d-dar f’jum l-elezzjoni, jew inkella marru jivvutaw u ħassru l-vot tagħhom. Kif għidt, minn dawn kien hemm eluf u rridu nkunu nisimgħu ir-raġunijiet għal dan. 

Għax faċli tintilef fit-trijonf minħabba l-marġni tar-rebħa u tinsa li kien hemm daqsxejn inqas mill-ammont tal-maġġoranza li għażlu li jibagħtu sinjal bil-mod tagħhom. Dan irid jiġi mixtarr.

Il-kampanja elettorali

Il-Malti jgħid li x-xemx minn filgħodu turik u hekk seħħ propju fl-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali, minn meta il-Prim Ministru ħabbar id-data tal-Elezzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista, kien ilu xhur jgħid li ġejja l-elezzjoni u kważi assiguraw lil kulħadd li din kienet ġejja fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru. Għalhekk, ħafna kienu diżappuntati għall-mod kif beda l-kampanja tiegħu il-Partit Nazzjonalista. Dan għax jekk il-Partit verament kien konvint li l-elezzjoni kienet ser issir f’Novembru, minn ewl id-dinja tifhem li allura dawn kienu mħejjija għal bidu tal-kampanja, aktar u aktar meta din bdiet kważi tlett xhur wara d-data li ħasbu huma.

Dan ma kienx il-każ u fl-ewwel attività pubblika tal-Partit Nazzjonalista rajna banner kbir jitwaħħal mal-faċċata tad-Dar Ċentrali, bla ma ħadd mit-tmexxija jew it-tim tal-Partit ma jkun kapaċi jispjega l-kunċett tiegħu jew jagħtu informazzjoni dettaljata kif din il-proposta kienet ser tiġi mwettqa. Agħar minnhekk, meta dan kollu ġie mħabbar, ingħatat nofs l-informazzjoni fejn l-għada sirna nafu li dak li kien qed jigi propost, in-negozju ried iħallas nofsu.

B’kuntrast, il-Partit Laburista, fl-ewwel stanza li deher quddiem il-media u l-pubbliku, ħabbar iniżjattiva qawwija fuq prijorità li l-bżonn tagħha ilu jinħass f’pajjiżna. Qed nirreferi għas-€700 miljun li se jiġu investiti fl-ambjent urban tagħna. Din tħabbret mill-Prim Ministru, fejn deher iffukat u skjet fil-mod kif introduċa u spjega din il-proposta.

Dan l-ewwel paragun issettja l-mod ta’ kif ħadmu l-affarijiet fit-30 ġurnata ta’ wara, fejn rajna Partit Nazzjonalista li l-esponenti tiegħu, dehru b’ mod ovvju li ma kellhomx sehem fil-ktiba tal-manifest tagħhom u agħar minnhekk, deher ferm aktar evidenti li ma kien hemm l-ebda kommunikazzjoni jew konsultazzjoni interna għax deputat wara ieħor, baqgħu sal-aħħar jum, jagħtu verżjonijiet diffierenti għall-istess proposti.

Mhux l-istess għall-Partit Laburista li l-manifest tiegħu ġie preżentat fl-aħħar ġimgħa imma x-xogħol u l-konsultazzjoni fuqu hħadu aktar minn 18-il xahar. Allura meta dan ġie varat, kulħadd kien diġa jaf x’ inhuma l-prijoritajiet għax kien hemm konsultazzjoni mifruxa sa minn qabel, bil-proposta tal-Mitt Idea. 

Fl-opinjoni tiegħi, cdan kellu effett fuq id-deċiżjoni tal-elettorat għax in-nies illum m’għadhomx jivvutaw skont il-familja jew it-tradizzjoni imma jagħtu ħafna każ il-kontenut tal-manifest għax jemmnu li dak propost, jekk imwettaq, se jagħmel differenza fil-ħajja tagħhom.

Kredibbiltà

Dan iġibni għall-argument tal-kredibbiltà. Inutli jkollok l-isbaħ manifest jekk dak li jkun hemm miktub fih, jibqa’ biss inka fuq il-karta. Il-Partit Laburista, sa mill-2013 ‘l hawn, wera biċ-ċar li dak li jwiegħed, iwettqu. Dan anki meta l-proposti dehru impossibli u setgħu nisslu xi dubju. L-istorja riċenti turi kif sa mill-2014, sena wara l-mandat, dawn il-wegħdiet bdew jitwettqu u għall-ewwel darba kellna Ministru responsabbli proprju mill-implimentazzjoni tagħhom.

Dan juri li meta jkollok Partit li jkun wera biċ-ċar mal-poplu li wettaq dak li jwiegħed, meta dak imwiegħed ikun ta’ ġid ħgħall-kommunitajiet u meta jkun hemm serħan ‘il moħħ li dak imwiegħed hemm finanżjament għalih biex jitwettaq, allura l-poplu jara’ min għandu dawn il-kredenzjali u kredibbiltà biex jista’ jwettaq dak li jwiegħed. 

Bla dubju ta’ xejn, kemm il-kwalità tal-manifest, il-prijoritajiet ta’ ġo fih u l-kredibbiltà ta’ min jista’ jwettqu, anki hawn, il-miżien xaqleb lejn il-Partit Laburista.

Deċiżjonijiet

Dak li għaddejna minnu fl-aħħar sentejn, ukoll kellu piż fuq ir-riżultat elettorali. Filwaqt li fuq naħa kellek Gvern li kien kostrett jieħu deċiżjonijiet, kultant iebsa ħafna, fuq in-naħa l-oħra kellek Partit li baqa’ gallarija u ma ħa l-ebda deċiżjoni, anki jekk kellu l-lussu li jista’ jiffoka biss fuq policies u mingħajr pressjoni li jrid imexxi Gvern.

Rajna Prim Ministru li rnexxilu jsib bilanċ, li kultant ma kienx faċli, bejn l-ekonomija u s-saħħa tan-nies. Deċiżjonijiet fuq miżuri fiskali sabiex salva l-impjiegi. Oħrajn li permezz tagħhom żamm negozji sħaħ miftuħin. Miżuri oħra li permezz tagħhom żamm l-ammont ta’ nies jirreġistraw fl-inqas livelli. 

Mill-aspett ta’ saħħa, rajna Gvern li kien proattiv b’ kull mod possibbli. Aċċetta li jkollna biżżejjed spazji għal pazjenti fl-isptarijiet tagħna jekk kemm-il darba l-pandemija tirkibna b’mod fejn ħafna pazjenti jkollhom bżonn kura intensiva. Aċċerta li jkun hemm biżżejjed ilbies protettiv għall-front liners tagħna. Aċċerta li l-edukazzjoni għal uliedna tibqa’ għaddejja filwaqt li kien katalista biex wara biss ftit jiem li l-vaxxin kienet fis-suq, il-Maltin u Għawdxin, kellhom ċertezza ta’ provvista biżżejjed biex saħħithom tiġi mħarsa.

Fuq in-naħa l-oħra kellna Partit Nazzjonalista li wara xhur ma jitkellimx, waqqaf suppost tim ta’ esperti, li ma kienu esperti xejn, u sejjaħlu l-Covid team tiegħu, fejn dwn qatt ma ħarġu bi proposta waħda li b’xi mod setgħet tgħin lill-Gvern fil-ħidma tiegħu. L-unika proposta li ħarġu biha u li baqgħet tissemma’ kienet li jgħidu li l-vaxxin mhix soluzzjoni u pajjizna se jegħreq bit-tmexxija tal-Gvern. 

Anki hawn il-fatti urew xort’ oħra u l-poplu fehem li ma jistax ikollok Partit fil-Gvern li m’għandux idea bażika ta’ tmexxija u bla vizjoni ta’ xejn u jmexxi biss skont il-krżi li jkun fiha, meta jkun tard wisq.

Nemmen li dan ukoll kien fattur importanti  biex in-nies ghazlu lil Robert Abela u t-tim tieghu sabiex ikompli jmexxina ‘l quddiem.

Ekonomija

Sport