Friday, May 3, 2024

Hector Bellerin lest li jċedi l-kumplament tas-salarju biex jingħaqad ma’ Real Betis

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Arsenal, Hector Bellerin, hu lest li jċedi l-kumplament tas-salarju tiegħu sabiex jissiġilla trasferiment permanenti ma’ Real Betis dan is-sajf.

Il-player ta’ 27 sena ilu fuq il-kotba tal-Gunners mill-2011 wara li ħalla l-akkademja taż-żgħażagħ ta’ Barcelona, u sar id-difensur lemini tal-ewwel għażla ta’ Arsene Wenger minn età żgħira.

Madankollu, Bellerin ma bediex jiġi utilizzat b’mod regolari minn Mikel Arteta kemm minħabba l-injury li sofra u anke minħabba u nuqqas fil-forma tiegħu, li wassluh biex jirritorna f’pajjiżu ma’ Real Betis għall-istaġun 2021-22.

Sport